.

Il-Filmat ‘Insett Uniku: In-Naħla Maltija’ issa fiħ ukoll Sottotitli bil-Lingwa Maltija

Il-filmat edukattiv ‘Insett Uniku: In-Naħla Maltija‘ li l-Fondazzjoni produċiet, issa fiħ ukoll sottotitli bil-lingwa Maltija! X’taf fuq in-Naħla Maltija, Apis mellifera ruttneri? Il-bijodiversità unika tagħha? Il-konnessjoni storika tagħha mal-gżejjer Maltin? L-isfidi li tiffaċċja? Il-prospetti futuri tagħha? Din il-produzzjoni tidħol f’dawn l-aspetti u aktar!

[Insett Uniku: In-Naħla Maltija]

In-Naħla Maltija!

Għal pajjiżna unika!

Ma tgħammar fl-ebda rokna oħra ta’ dinja!

Teżor tal-wirt naturali!

Imma x’jagħmilha unika?

Il-gżejjer Maltin eluf ta snin ilu infirdu mill-bqija tal-kontinenti

u n-naħla tal-għasel li kien hawn spiċċat iżolata wkoll.

Biż-żmien adattat għall-klima u l-ambjenti naturali lokali

tant li żviluppat karatteristiċi uniċi li tnaqqxu fil-ġenetika.

U għamluha differenti mill-bqija tan-naħal tal-għasel madwar id-dinja.

Fid-disgħinijiet ġiet studjata

u nstab li hi sottospeċi unika.

Ingħata l-isem xjentifiku, ‘Apis mellifera ruttneri’.

Tiflaħ għas-sjuf niexfa Maltin

u dawret iċ-ċiklu tagħha madwar iż-żminijiet meta l-aktar ikun hawn abbundanza ta’ fjuri.

Għan-natura lokali in-Naħla Maltija hi importanti ħafna bħala insett dakkar.

Taqdi rwol ekoloġiku kemm għall-flora naturali kif ukoll għall-prodotti agrikoli.

In-Naħla Maltija u l-prodotti li nieħdu minnha minn dejjem kellhom rabta intima ma’ dawn il-gżejjer.

Biss biss, l-isem ‘Malta’ aktarx ifisser għasel ħelu.

Il-bnedmin ilhom li għarfu l-bżulija tan-naħla,

speċjalment għall-produzzjoni tal-għasel.

U minn hemm bdiet is-sengħa ta’ trobbija.

F’Malta din it-tradizzjoni tmur lura għexieren ta’ snin.

Għal sekli sħaħ

l-apikultura lokali kienet tiddependi biss

fuq in-Naħla Maltija.

Però, mhux kollox ward u żahar.

L-isfidi għaliha huma ħafna.

L-importazzjoni tan-naħal tal-għasel barrani hija theddida diretta għan-Naħla Maltija.

It-taħlit bejn il-popolazzjoni Maltija u n-naħal importat

qed iwassal għall-kontaminazzjoni tal-ġenetika u qed idgħajfilha r-reżiljenza.

Saħansitra d-dehra tagħha qed tinbidel:

minn sewdenija

għal safranija.

Għalhekk trid tittieħed azzjoni urġenti favur il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija

ħalli dan l-insett speċjali nipproteġuh.

[Arnold Grech – Naħħal]

In-Naħla ta’ Malta

l-‘Apis mellifera ruttneri’ li jien tajtha isimha

għax fl-istudju li għamilna waqa’ fuqi

x’isem ser nagħtuha

u jiena deherli li għandha nagħtuha

lil dak ix-xjentist Ġermaniż

li għamel għomru kollu jistudja

fuq il-kwalità tan-naħla.

In-Naħla Maltija qed tiffaċċja

inkwiet kbir fil-futur.

Meta jkollok reġina ta’ Malta u tkun fl-aqwa tagħha, bejn l-ewwel u t-tielet sena,

‘pollen’ iġġib fl-ammont iktar mit-Taljana.

Fl-ammont ukoll l-għasel.

[Prof. David Mifsud – Akkademiku]

In-Naħla ta’ Malta

li evolviet għall-klima tagħna,

kien hemm xogħol xjentifiku kbir fuqha

u sabu li din hija differenti minn sottospeċi ta’ naħal ieħor li hemm fl-Ewropa.

Hija naħla li

la addattat ruħha għall-gżejjer Maltin

hija iktar tajba

biex trabbieha f’Malta.

Hija ħafna iktar reżiljenti

għall-mard,

għal ħafna affarijiet, anke pereżempju

l-‘Oriental hornet’, il-‘Vespa orientalis’.

Jiġifieri hemm dawn l-affarijiet kollha pożittivi għalfejn wieħed għandu

jkabbar u jkompli jaħdem bin-Naħla Maltija

[Jorge Spiteri – Naħħal]

It-trobbija tan-naħal lokali ġewwa Malta

hija

indubjament

bażi sostenibbli ta’ kif

wieħed

jaħdem fil-apikultura.

U n-naħħal

huwa kruċjali biex ikompli jgħin il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija,

għaliex in-naħħal għandu interess li jkollu naħal b’saħħtu

u għandu interess ukoll

li jieħu produzzjoni min-naħal li jkun qed irabbi.

Jekk aħna ma nimportawx affarijiet li għandhom x’jaqsmu man-naħal, kif ukoll in-naħal,

awtomatikament

qegħdin nissalvagwardjaw in-naħal minn pesti u mard li jista’ jiġi minn barra.

[Michaelangelo Muscat – Naħħal]

Jekk int mhux ser jkollok naħal b’saħħtu,

jekk mhux ser ikollok naħal addattat għall-ambjent,

imbilli ikollok in-naħal isfar u dan ser imutlek

seta’ ma kellek xejn!

Allura hemm din, irrid ikun ċertu armonija bejn

in-Naħla Maltija,

il-‘beekeeper’

u l-ambjent, naħseb li dawn huma tlett ħoloq

li huma

importanti imenns flimkien.

[Simone Cutajar – Riċerkatriċi]

Meta qegħdin inħalltu l-ġenetika tan-naħla Taljana man-Naħla Maltija

qed ineħħu ċertu adattazzjoni

li n-Naħla Maltija għandha bħalissa li tħallieha biex tkun iktar reżistenti,

biex tħallieha li tkun aktar adattata

għall-ambjent ta’ Malta.

Il-problema l-kbira imma hija li

meta qegħdha titħallat man-naħla Taljana

qegħdha tonqos l-abbiltà tagħha biex tgħix

u għaldaqstant nispiċċaw nitilfuha n-Naħla Maltija.

[Joseph Calleja – Tenur u Naħħal]

Meta għandek xi haġa endemika, xi haġa li hija

endemika tfisser speċifika biss,

ma tinstab imkien aktar, ħlief hawn Malta, allura

għandna nagħmlu ħilietna kollha biex nipproteġuha

u għandna ovvjament nagħtu l-iktar protezzjoni għolja

lin-Naħla Maltija biex tkompli titkattar u nkomplu

ingawduha għal

jekk Alla jrid għall-eluf ta’ snin oħra.

Tant għandna ftit natura Malta, li dak li għandna rridu nipproteġuh

b’kull mezz li għandna.

Jekk ma jkunx hemm sforz ta’ konservazzjoni

fi ftit ta’ snin oħra hemm ċans kbir lin-Naħla Maltija tinqered.

U minħabba din it-theddida inħass il-bżonn li titwaqqaf

il-Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija.

[Dylan Farrugia – President tal-Fondazzjoni]

Il-Fondazzjoni taħdem sabiex teduka dwar l-importanza ta’ dan l-insett.

Ninkoraġġixxu t-trobbija tagħha

u ninsistu fuq aktar riċerka fuqha.

Nisħqu li jitfassal pjan ta’ azzjoni sabiex

il-ġenerazzjoni futuri f’dan il-pajjiż jibqgħu jgawdu minn dan it-teżor uniku.

Is-settur tal-apikultura biex ikun sostenibbli, irid iserraħ fuq tlett pilastri:

in-Naħla Maltija bħala parti essenzjali tan-natura;

il-patrimonju marbut magħha;

u t-trobbija tagħha.

Mingħajr imqar wieħed minnhom

dan il-qasam jogħtor.

Sar studju mal-Università ta’ Malta dwar il-protezzjoni tan-Naħla Maltija

u wera li l-aħjar pass fis-sitwazzjoni hu li tiġi ddikjarata l-Insett Nazzjonali.

F’2023 saret talba lill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi biex jibda’ dan il-proċess.

Il-benefiċċji huma bosta

fosthom li jisaħħaħ l-għarfien nazzjonali ta’ din is-sottospeċi endemika

fuq l-istess livell bħall-Qabru

u l-Merill.

In-naħħal jieħu rwol ta’ gwardjan tal-Insett Nazzjonali

bl-opportunitajiet kollha li din l-inizjattiva ser iġġib magħha

u n-Naħla Maltija ssir in-naħla tal-għasel preferuta.

Allura l-importazzjoni tan-naħal barrani tonqos

u s-settur tal-apikultura ssir iktar sostenibbli.

Ir-riskju li jidħol mard ġdid, b’mod aċċidentali kif ġara fil-passat, jonqos drastikament.

In-naħħala jibdew igawdu min-naħla li tirnexxi aktar u b’inqas xogħol

għax tgħix aktar fit-tul u tagħmel aktar għasel.

L-għasel Malti jiżdiedlu l-prestiġju

għax isir prodott lokali, derivat mhux biss mill-flora tal-gżejjer Maltin

imma wkoll mill-Insett Nazzjonali ta’ Malta.

Din l-inizjattiva toħloq ukoll niċeċ ekonomiċi ġodda

fosthom fit-turiżmu ta’ kwalità u xogħolijiet ħodor marbuta mal-konservazzjoni.

Pass pass

dan l-isforz kollettiv

għandu jwassal f’inqas spejjez u aktar dħul għal min irabbi n-Naħla Maltija.

Din opportunità tad-deheb biex Malta sservi ta’ xempju għall-pajjiżi oħra.

In-Naħla Maltija unika!

Ħolqa importanti tan-natura!

Biss,

f’riskju ta’ estinzjoni!

Azzjoni konkreta lejn il-protezzjoni tagħha hija urġenti!

Jeħtieġ li nħarsuha!

Qabel taħarbilna minn idejna!



Loading…

Something went wrong. Please refresh the page and/or try again.

Leave a comment