.

Advertisements

SICAMM 2023: Protezzjoni Legali tan-Naħal tal-Għasel fl-Unjoni Ewropea

🇲🇹 Dan it-tmiem il-ġimgħa, l-“Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tan-Naħla Skura Ewropea” (SICAMM) qed itella’ konferenza f’Les Bellevilles (Savoy, Franza) li tiffoka fuq l-importanza tal-konservazzjoni tal-ekotipi endemiċi tan-naħal tal-għasel.

Bi pjaċir nixtiequ ninfurmaw lis-segwaċi tagħna, li wara li l-organizzaturi raw ir-riċerka tagħna dwar il-“Liġijiet Maltin u Ewropej relatati mal-Protezzjoni Ġenetika tan-Naħla Endemika Maltija” [1], li ġiet ippubblikata aktar kmieni din is-sena, estendewlna stedina sabiex nipparteċipa f’din il-konferenza.

Il-preżentazzjoni tagħna kienet iċċentrata fuq it-tema “Protezzjoni Legali tan-Naħal tal-Għasel fl-Unjoni Ewropea” u saret mis-Sur David Chetcuti Dimech, l-awtur ewlieni tal-pubblikazzjoni msemmija hawn fuq.

[1] Dimech, D. C., Borg, S., Buttigieg, A. J., & Farrugia, D. (2023). Review of the Maltese and European Laws related to the Genetic Protection of the Endemic Maltese Honey Bee (Apis mellifera ruttneri). European Energy and Environmental Law Review32(3).

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements