.

Advertisements

Inizjattiva Insett Nazzjonali: Benefiċċji

Ritratt © Mario Vella

Din li ġejja hija lista ta’ benefiċċji diretti u indiretti li joħorġu mill-Inizjattiva Insett Nazzjonali jekk in-Naħal Maltija ssir Speċi Nazzjonali.

  1. Tittrasforma n-Naħla Maltija fi speċi ewlenija, u tippromwovi sforzi usa’ ta’ konservazzjoni għall-ħarsien tal-ambjent. Isaħħaħ il-prominenza tan-Naħla Maltija, simili għall-Merill jew Widnet il-Baħar. Tisfrutta l-ammirazzjoni mifruxa lejn in-Naħla Maltija, li jagħmilha fokus naturali għall-affezzjoni pubbliku.
  2. Il-kariżma tan-Naħla Maltija bħala Speci Nazzjonali faċilment tista’ tiġi utilizzata biex tinkoraġġixxi aktar il-protezzjoni tad-dakkara.
  3. L-istatus il-ġdid, jagħti bidu għal bidla fil-mentalità, li jwassal lill-istakeholders kollha biex jgħarfu l-valur tan-Naħla tagħna. Konsegwentement, l-importazzjoni ta’ naħal barrani jibda jonqos, u b’hekk is-settur tal-apikultura jsir aktar sostenibbli. Dan għaliex awtomatikament ikun qed jiġi eliminat r-riskju ta’ introduzzjoni aċċidentali ta’ mard jew pesti ġodda, kif ġara fil-passat.
  4. In-Naħla Maltija ssir iktar reżistenti u reżiljenti u allura tibda’ tirnexxi aktar fil-kundizzjonijiet lokali, li twassal biex tgħix iktar fit-tul, u konsegwentement, jkun hemm spejjeż imnaqqsa għal min irabbi n-naħal u t-trobbija tan-naħal issir inqas difficli milli hi illum.
  5. Il-kolonji jkomplu jiġu mmaniġġjati bil-mod attwali tagħhom, u l-bejgħ tal-għasel għandu jiġi affettwat b’mod pożittiv. L-għasel prodott lokalment fil-gżejjer Maltin iżid fil-valur u l-prestiġju tiegħu, peress li jsir prodott lokali derivat mhux biss mill-flora lokali tagħna, iżda huwa wkoll prodott minn sottospeċi endemika, li hi wkoll l-Insett Nazzjonali ta’ Malta.
  6. Nipprevedu li n-naħħala jassumu rwol ta’ Gwardjani tal-Insett Nazzjonali (in-Naħla Maltija), waqt li jħaddnu l-għadd kbir ta’ opportunitajiet ġodda li dan l-isforz jista’ jġib miegħu flimkien ma’ zida fil-fondi u riċerka.
  7. Nantiċipaw sens ta’ kburija li għandna din is-sottospeċi rari unika għall-gżejjer Maltin u d-dinja. Malta tieħu rwol ewlieni fl-isforzi ta’ konservazzjoni, billi sservi ta’ mudell għal pajjiżi oħra li jixtiequ jibdew mexjin f’din id-direzzjoni.

Ritratti ta’ Carmel Camilleri, John Borg, Mario Vella, Monica Arong Darmanin u Niki Alexander Mallia.

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements