.

Advertisements

Il-Fondazzjoni Tniedi l-Kampanja ‘Inizjattiva Insett Nazzjonali’

Il-Fondazzjoni qiegħda tniedi kampanja bl-għan li jingħata unur distint lin-naħla Maltija billi tiġi ddikjarata bħala l-Insett Nazzjonali ta’ Malta. Dan skont ir-regolamenti dwar il-Ħarsien ta’ Speċi Protetti (L.S. 549.120), li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hi l-amministratur u l-awtorità kompetenti ta’ dawn ir-regolamenti.

Fix-xhur li ġejjin, it-tim dedikat tagħna se jaħdem bla heda biex jagħti ħajja lil din il-viżjoni. L-approċċ multidimensjonali tagħna ser jinkludi produzzjoni ta’ filmat professjonali li ser iservi bħala xhieda tas-sinifikat tan-Naħla Maltija u l-importanza tar-rikonoxximent propost. Is-sena d-dieħla ser inkunu wkoll qegħdin norganizzaw sensiela ta’ taħditiet informattivi għall-pubbliku ġenerali b’kolloborazzjoni mal-Kunsilli Lokali u Reġjonali fuq din l-inizjattiva.

S’issa, il-vjaġġ biex in-naħla Maltija tiġi ddikjarata bħala l-insett nazzjonali rċieva appoġġ mifrux, b’total ta’ 14-il kunsilli reġjonali u lokali. Dan apparti appoġġ minn professjonisti universitarji li ingħaqdu mal-kawża tagħna. Il-Fondazzjoni applikat b’suċċess għal €4,000 f’fondi lejn din l-inizjattiva permezz tal-Iskema t’ Appoġġ għall-Inizjattivi Żgħar 2024 imnedija mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat. L-appoġġ mill-Kunsill jixhed ukoll importanza ta’ dan l-isforz. Nidejna wkoll kampanja ta’ ġbir ta’ fondi sabiex inkomplu nippromwovu din l-inizjattiva.

Nistednuk toffri l-appoġġ tiegħek, u tingħaqad magħna fit-twettieq ta’ din l-inizjattiva!

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements