.

Advertisements

L-Apikultura Lokali fl-1995: It-Tieni Parti


Fl-ewwel parti ta’ dan l-artiklu tajna ħarsa lejn osservazzjonijiet fuq in-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri) li nkitbu fir-rapport mis-Sur G. Murray Reid, ikkummisjonat mill-Gvern Malti fl-1995. F’din it-tieni parti, ser niddiskutu l-punti miktuba fuq l-apikultura, f’sens aktar wiesgħa.

L-awtur jibda’ billi jesprimi li kwalunkwe rakommandazzjonijiet proposti jridu jiġu evalwati aktar fid-dettall, għaliex dawn jistgħu ma jkunux applikabbli għaċ-ċirkustanzi Maltin. Madankollu jagħmel ċar li t-trobbija tan-naħal fil-ġżejjer Maltin hija important għal ekonomija Maltija (f’termini ta’ dakra u aktar), u dan is-settur għandu jiġi megħjun mill-Gvern bl-aħjar mod possibli.

L-importazzjoni ta’ naħal tal-għasel barrani, u prodotti apikulturali fis-suq Malti minn dejjem sarfu ta’ sfida lit-trobbija tan-Naħla Maltija, kif ukoll il-bejgħ tal-għasel Malti. L-awtur saħansitra ppropona reviżjoni tal-liġijiet li jirregolaw l-importazzjoni kemm ta’ naħal u anke prodotti, bl-objettiv ewlieni jkun li jiġu ristretti, speċjalment fid-dawl tal-introduzzjoni riċenti (għal dakinhar) tal-parrasita qerrieda tal-Varroa. Il-fatt li aħna pajjiż arċipelagu, tagħmilna f’posizzjoni aktar vantaġġjuża sabiex inħarsu l-fruntieri tagħna minn mard li jista’ jiġi introdott b’mod aċċidentali għad-detriment tas-servizzi agrikoli Maltin. U dan speċjalment meta ċertu mard u pesti għadu mhux preżenti fil-gżejjer tagħna.

L-awtur jirrakkomanda stħarriġ nazzjonali sabiex jiġu evalwati l-istatus tas-saħħa tan-naħal f’Malta, kif ukoll program ta’ sorveljanza serju kontra l-mard. Il-ħtieġa ta’ deċizjonijiet ibbażati fuq ħsieb fit-tul u riċerka, u l-ħtieġa ta’ aktar kooperazzjoni bejn in-naħħala nfushom huwa żewġ punti oħra imsemmija.



Punti ta’ riflessjoni

• Mir-rapport, nistgħu napprezzaw li argumenti u rakkomandazzjonijiet elenkat kważi 30 sena ilu, għadhom relevanti sal-lum il-ġurnata. B’mod skjett, dan ifisser li ftit li xejn saru azzjonijiet prattiċi minn dakinhar ‘l hawn sabiex nissalvagwardjaw is- sostenibiltà tat-trobbija tan-naħal f’pajjiżna, li tinsab biss fil-protezzjoni olistika tan-Naħla Maltija.

• Dakinhar li nkiteb dan ir-rapport, l-identità unika tan-Naħla Maltija kienet għada mistura. Illum nistgħu napprezzaw aktar l-osservazzjonijiet li saru fuqha!

• Ir-rapport jirrakommanda kontroll aħjar tal-importazzjonijiet u leġislazzjonijiet favur il-protezzjoni olistika tan-Naħla Maltija u s-settur apikulturali Malti. Dan kollu nistgħu nagħmluh jekk ngħargfu l-valur ta’ din is-sottospeċi endemika.

• M’aħniex qed nisfruttaw biżżejjed il-vantaġġi tagħna. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna għandu jservi ta’ pont li jiffaċililta l-kooperazzjoni bejn il-partijiet kollha f’dan is-settur. Ejjew flimkien niddiskutu kif nistgħu nikkooperaw ħalli t-trobbija tan-naħal issir aktar vantaġġjuża u sostenibbli għan-naħħala kollha, ħalli din it-tradizzjoni ma tmutx.

• Huwa permezz tal-edukazzjoni, liġijiet, superviżjoni u awditjar kontinwu tal-attivitajiet tat-trobbija tan-naħal li l-apikultura tista’ tiġi mħarsa u n-Naħla Maltija protetta minn aktar kontaminazzjoni ġenetika. Il-ħtieġa ta’ informazzjoni aġġornata fuq l-istat tan-Naħla Maltija, u t-trobbija tal-għasel fil-gżejjer Maltin jidhwu fir-rapport miktub fl-1995, u għadhom jidhwu sal-lum.

⦿ Il-poplu Malti għandu teżor uniku; bijodiversità rikka li tiżboq kwalunkwe deheb! Il-ħtieġa li jittieħdu azzjonijiet illum qabel għada hi important aktar minn qatt qabel!

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

One response to “L-Apikultura Lokali fl-1995: It-Tieni Parti”

  1. […] [Segwi aktar fuq is-sitwazzjoni apikulturali fil-gżejjer Maltin fl-1995, fit-tieni parti ta’ d…] […]

    Like

Leave a comment

Advertisements