.

Advertisements

L-Apikultura Lokali fl-1995: L-Ewwel Parti

Fl-1995, kważi 30 sena ilu, il-Gvern Malti kkummissjona rapport fuq is-sitwazzjoni apikulturali fil-gżejjer Maltin. L-awtur tar-rapport huwa s-Sur G. Murray Reid, espert fis-settur min-New Zealand. Fl-ewwel parti ta’ dan l-artiklu ser niddiskutu osservazzjonijiet fuq in-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri) li jissemmew fir-rapport.

Interessanti ninnotaw li n-Naħla Maltija hi riferuta bħala “in-naħla s-sewda u kultant aggressiva”, imma misidentifikata bħala “Apis mellifera mellifera”. Is-sottospeċi msemmija, A. m. mellifera, hi n-Naħla Sewda Ewropeja, li tgħammar fuq il-kontinent Ewropew u mhux fuq il-gżejjer Maltin! [N. B. Tajjeb li nsemmu li n-Naħla Maltija ġiet rikonoxxuta bħala sottospeċi endemika fl-1997.]

Jissemma l-fatt li n-Naħal tal-għasel tar-razza Taljana impurtat min-New Zealand f’Malta mhux dejjem kien qiegħed ikollu suċċess. Din in-nota hi evidenza t’ addament mhux tajjeb għal klima tal-gżejjer Maltin ta’ naħal impurtat.

L-awtur espert irrikonoxxa li n-Naħla Maltija hi iktar reżistenti għall-Varroa, u meta kien hemm trattament għall-Varroa, in-naħal barrani kellu tendenza li jitlaq għal kollox mill-kaxxa. Din il-problema ma ġietx osservata fin-Naħal Malti. [N.B. Il-Varroa kienet ġiet aċċidentalment introdotta f’Malta fl-1992.]

F’dik l-era, sforz in-nuqqas t’ għarfien, l-espert issuġġerixxa li n-Naħla Maltija tista’ tittraba ma’ dik Taljana. Illum nafu li dan mhux possibli, għaliex iwassal għal taħlit (hybridisation) bejn ir-razez u sottospeċi ta’ naħal tal-għasel differenti. Dan il-proċess iwassal għal qirda tal-kwalitajiet u karatteristiċi li jagħmlu n-naħal lokali uniku, għad-detriment tal-bijodiversità. It-taħlit direttament jagħmel is-settur apikulturali inqas sostenibbli.

[Segwi aktar fuq is-sitwazzjoni apikulturali fil-gżejjer Maltin fl-1995, fit-tieni parti ta’ dan l-artiklu.]

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

One response to “L-Apikultura Lokali fl-1995: L-Ewwel Parti”

  1. […] Fl-ewwel parti ta’ dan l-artiklu tajna ħarsa lejn osservazzjonijiet fuq in-Naħla Maltija li nkitbu fir-rapport mis-Sur G. Murray Reid, ikkummisjonat mill-Gvern Malti fl-1995. F’din it-tieni parti, ser niddiskutu l-punti miktuba fuq l-apikultura, f’sens aktar wiesgħa. […]

    Like

Leave a comment

Advertisements