.

Advertisements

Appelli għal Tisħiħ Olistiku tal-Liġijiet Ambjentali f’Pajjiżna

⦿ Dawn il-gżejjer huma mogħnija b’bijodiversità sinjura! Saħansitra insibu diversi speċi u subspeċi li huma endemiċi għall-arċipelagu Malti.
⦿ Il-kontaminazzjoni ġenetiku tal-bijodiversità Maltija huwa wkoll tip ta’ tniġġis ambjentali!

Il-liġijiet ewlenin tal-protezzjoni tal-ambjent jinsabu fl-‘𝘈𝘵𝘵 𝘥𝘸𝘢𝘳 𝘪𝘭-𝘗𝘳𝘰𝘵𝘦𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘵𝘢𝘭-𝘈𝘮𝘣𝘫𝘦𝘯𝘵’. Kull gvern għandu d-dmir li “…jħares l-ambjent għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri…” [𝘈𝘳𝘵𝘪𝘬𝘭𝘶 4]. Madankollu, l-istess prinċipji mhumiex infurzabbli fil-Qorti, kliem li jidwi ‘𝘈𝘳𝘵𝘪𝘬𝘭𝘶 21’ tal-‘𝘒𝘰𝘴𝘵𝘪𝘵𝘶𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘵𝘢’ 𝘔𝘢𝘭𝘵𝘢’ [“Id-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu ma jkunux esegwibbli f’xi qorti…].

Dan u iktar hu mgħarraf f’publikazzjoni li l-𝐹𝑜𝑛𝑑𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖 ħarġet f’ġurnal legali, f’kollaborazzjoni mas-Sur David Chetcuti Dimech u Prof Simone Borg fuq il-‘𝘗𝘳𝘰𝘵𝘦𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘵𝘢𝘯-𝘕𝘢ħ𝘭𝘢 𝘵𝘢𝘭-𝘨ħ𝘢𝘴𝘦𝘭 𝘌𝘯𝘥𝘦𝘮𝘪𝘬𝘢 𝘔𝘢𝘭𝘵𝘪𝘫𝘢’.

Dan mhux aħna biss qegħdin ngħiduh! Riċentament l-ADPD u l-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent appellaw ukoll fuq il-ħtieġa ta’ qafas legali b’saħħtu għall-protezzjoni olistika tal-ambjent ta’ madwarna!

Il-konservazzjoni olistika tan-Naħla Maltija tissalvagwardja ħolqa essenzjali fil-katina ekoloġika lokali. Għaldaqstant il-𝐹𝑜𝑛𝑑𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖 𝑔ħ𝑎𝑙𝑙-𝐾𝑜𝑛𝑠𝑒𝑟𝑣𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖 𝑡𝑎𝑛-𝑁𝑎ħ𝑙𝑎 𝑀𝑎𝑙𝑡𝑖𝑗𝑎 formalment talbet lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi sabiex in-Naħla tal-għasel Maltija (𝘈𝘱𝘪𝘴 𝘮𝘦𝘭𝘭𝘪𝘧𝘦𝘳𝘢 𝘳𝘶𝘵𝘵𝘯𝘦𝘳𝘪) tiġi ddikjarat bħala l-𝗜𝗻𝘀𝗲𝘁𝘁 𝗡𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗮𝗹𝗶.

Inti tista’ tgħin ukoll! Ħeġġeġ lill-Kunsill Lokali jew Reġjonali rispettiv tiegħek biex jappoġġja u jiffirma din l-inizjattiva! Xerred il-kelma! Flimkien nistgħu nagħmlu differenza!

𝐒𝐨𝐫𝐬𝐢:

Karta Legali: https://www.researchgate.net/publication/370072858_Review_of_the_Maltese_and_European_Laws_related_to_the_Genetic_Protection_of_the_Endemic_Maltese_Honey_Bee_Apis_mellifera_ruttneri?fbclid=IwAR1NpmveQev03U_l6zNGp6B6hF8XKm4YoP66BqNh3XmogS0okEroAaR2SO4

Artiklu referenza ADPD: https://www.maltatoday.com.mt/news/national/123182/constitutional_protection_of_environment_must_be_enforceable_in_court_adpd_says/

Artiklu referenza Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent: https://timesofmalta.com/articles/view/environment-protection-laws-need-updating-church-commission-says.1035782

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements