.

Advertisements

Talba biex in-Naħla Maltija tiġi Dikjarata bħala l-Insett Nazzjonali

Illum 20 ta’ Mejju 2023, fil-𝗝𝘂𝗺 𝗗𝗶𝗻𝗷𝗶 𝘁𝗮𝗻-𝗡𝗮ħ𝗮𝗹, Il-𝐹𝑜𝑛𝑑𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖 𝑔ħ𝑎𝑙𝑙-𝐾𝑜𝑛𝑠𝑒𝑟𝑣𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖 𝑡𝑎𝑛-𝑁𝑎ħ𝑙𝑎 𝑀𝑎𝑙𝑡𝑖𝑗𝑎 qiegħda formalment titlob lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi sabiex in-Naħla tal-għasel Maltija (𝘈𝘱𝘪𝘴 𝘮𝘦𝘭𝘭𝘪𝘧𝘦𝘳𝘢 𝘳𝘶𝘵𝘵𝘯𝘦𝘳𝘪) tiġi ddikjarat bħala l-𝗜𝗻𝘀𝗲𝘁𝘁 𝗡𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗮𝗹𝗶. Dan skont il-provedimenti tal-leġislazzjoni sussidjarja 549.120 rigward ir-‘Regolamenti dwar il-Ħarsien ta’ Speċi Protetti (Dikjarazzjoni ta’ Speċi Nazzjonali)’.

Dan hu l-isbaħ rigal li nistgħu nagħtu lin-natura. Jeħtieġ li d-diskorsi li nisimgħu u l-pjanijiet imfassla ma jibqgħux iktar fuq l-ixkaffa, iżda jissarfu f’azzjonijiet tanġibbli u politika sostenibbli, li verament iħarsu l-patrimonju naturali ta’ madwarna għal generazzjonijiet ġejjiena!

Il-konservazzjoni olistika tan-Naħla Maltija tissalvagwardja ħolqa essenzjali fil-katina ekoloġika lokali. Fiha tinstab iċ-ċavetta għas-sostenibilità dejjiema fis-settur apikulturali.

Xerred il-kelma u uri s-sapport tiegħek lejn din l-inizjattiva u oħrajn li qegħdin iħarsu l-ambjent ħaj ta’ madwarna! Flimkien nistgħu nagħmlu differenza! Kun parti mill-bidla li trid tara!

L-ittra sħieħa tinsab aċċessibli hawn:

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements