.

Advertisements

Din l-Organizzazzjoni Reġistrata mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji

𝐁𝐢 𝐩𝐣𝐚𝐜̇𝐢𝐫 𝐢𝐧ħ𝐚𝐛𝐛𝐫𝐮 𝐥𝐢 𝐥𝐛𝐢𝐞𝐫𝐚ħ, 𝟏𝟐 𝐭𝐚’ 𝐌𝐞𝐣𝐣𝐮, 𝟐𝟎𝟐𝟑, 𝐝𝐢𝐧 𝐥-𝐨𝐫𝐠𝐚𝐧𝐢𝐳𝐳𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐠̇𝐢𝐞𝐭 𝐮𝐟𝐟𝐢𝐜̇𝐣𝐚𝐥𝐦𝐞𝐧𝐭 𝐫𝐞𝐠̇𝐢𝐬𝐭𝐫𝐚𝐭𝐚 𝐛’𝐬𝐮𝐜̇𝐜̇𝐞𝐬𝐬 𝐦𝐚𝐥-𝐔𝐟𝐟𝐢𝐜̇𝐜̇𝐣𝐮 𝐭𝐚𝐥-𝐊𝐮𝐦𝐦𝐢𝐬𝐬𝐚𝐫𝐣𝐮 𝐠ħ𝐚𝐥𝐥-𝐎𝐫𝐠𝐚𝐧𝐢𝐳𝐳𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭 𝐕𝐨𝐥𝐨𝐧𝐭𝐚𝐫𝐣𝐢 [𝐕𝐎/𝟐𝟒𝟎𝟑]!

B’hekk ġie konkluż proċess twil u burokratiku li dam diversi xhur.

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lin-nutar Dott. Dejan Debono li b’tant dedikazzjoni għena tul il-proċess kollu!

Ħarsa lura lejn it-tragwardi storiċi ta’ din il-organizzazzjoni:

• Il-ħidma tagħna bdiet fis-17 ta’ Lulju 2022, meta ġiet imwaqqfa ‘l-Koalizzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija’.

• Fil-15 ta’ Marzu, 2023, din l-organizzazzjoni ġiet kostitwita bħala ‘Fondazzjoni’ bl-iffirmar tal-istatut.

Issa li ntemm dan il-proċess, b’iktar reżiljenza u determinazzjoni, il-‘𝑭𝒐𝒏𝒅𝒂𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒈ħ𝒂𝒍𝒍-𝑲𝒐𝒏𝒔𝒆𝒓𝒗𝒂𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒕𝒂𝒏-𝑵𝒂ħ𝒍𝒂 𝑴𝒂𝒍𝒕𝒊𝒋𝒂’ flimkien magħkom is-segwaċi, ser tkompli taħdem fuq dawn l-objettivi:

➼ Tgħarraf bl-importanza tan-Naħla Maltija għall-ambjent naturali ta’ pajjiżna (ekoloġija) u għas-settur tal-apikultura u f’iktar sens wiesgħa dak agrikolu.

➼ Tgħarraf li n-Naħla Maltija tagħmel parti mill-patrimonju naturali Malti u għalhekk jistħoqqilha li tiġi kkonservata b’mod olistiku.

➼ Tinkoraġġixxi l-għarfien, it-trobbija u r-riċerka fuq in-naħla endemika Maltija.

➼ Tiġbor taħt umbrella waħda u tikkordina entitajiet varji, individwi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom interess fil-konservazzjoni tan-Naħla Maltija.

➼ Tagħmel pressjoni biex jiġi mfassal pjan sabiex in-Naħla Maltija tkun protetta b’mod olistiku.

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements