.

Advertisements

Saqaf Legali li Jipprovdi Protezzjoni Olitiska lin-Naħla tal-Għasel Maltija!

Il-publikazzjoni li titratta il-‘𝑷𝒓𝒐𝒕𝒆𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒕𝒂𝒏-𝑵𝒂ħ𝒍𝒂 𝒕𝒂𝒍-𝑮ħ𝒂𝒔𝒆𝒍 𝑬𝒏𝒅𝒆𝒎𝒊𝒌𝒂 𝑴𝒂𝒍𝒕𝒊𝒋𝒂’ issa tinsab aċċessibli b’xejn!

Dan l-istudju legali jirriċerka diversi modi ta’ kif in-Naħla Maltija tista’ tiġi protetta b’mod olistiku billi jiġu applikati liġijiet kurrenti Maltin, Ewropej u Internazzjonali. Dan isegwi x’qed isir diġà f’diversi pajjiżi u reġjuni Ewropej, li jipprovdu protezzjoni għan-Naħla tal-għasel reġjonali rispettivi tagħhom.

𝗗𝗮𝘄𝗻 𝗵𝘂𝗺𝗮 𝗹-𝗳𝗮𝘁𝘁𝗶 𝗶𝗻𝗸𝗼𝗻𝘁𝗲𝘀𝘁𝗮𝗯𝗯𝗹𝗶:
⦿ In-Naħal tal-għasel jitgħammar fuq barra b’distinzjoni minima bejn razez differenti.
⦿ It-taħlit ġenetiku huwa wkoll tip ta’ tniġġis ambjentali.
⦿ Il-karaterristiċi uniċi tan-Naħla Maltija qegħdin jiġu imniġġsa min-Naħal tal-għasel barranin li qegħdin jiġu impurtati f’pajjiżna, apparti riskji kbar t’importazzjoni ta’ mard u pesti ġodda.
⦿ Dan qed iwassal għal qerda tan-Naħla Maltija li qed titlef il-karatteristiċi ‘Maltin’ minħabba dan it-taħlit, fosthom l-adattament li kellha biex tgħix f’abitati u klima lokali.
⦿ Dawn il-proċessi jwasslu għal settur apikulturali lokali inqas sostenibbli.

Il-𝗽𝗿𝗶𝗻𝗰̇𝗶𝗽𝗷𝘂 𝗽𝗿𝗲𝗸𝗮𝘄𝘇𝗷𝗼𝗻𝗮𝗿𝗷𝘂 huwa suġġett elenkat f’din il-publikazzjoni. Dan il-prinċipju jispjega li l-awtoritajiet għandhom jaddattaw regoli ta’ prekawzjoni biex ma ssirx ħsara lill-ambjent. Ifisser ukoll li min jintroduċi elementi aljeni f’abitat, irid ikun hu stess li jipprova li dawn ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u mhux bil-kontra! Fil-kuntest lokali, nafu li n-Naħla Maltija qed titħallat ma’ Naħal barrani, u qed tintilef. Sfortunatament il-prinċipju prekawzjonarju mhux qed jitħaddan.

Ir-rapport ifassal diversi rakkomandazzjonijiet ta’ kif in-Naħla Maltija tista’ tiġi protetta. L-aktar proposta plawsibbli hi li n-Naħla Maltija tiġi ddikjarata bħala l-𝗜𝗻𝘀𝗲𝘁𝘁 🇲🇹 𝗡𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗮𝗹𝗶! [Skont ir-regolamenti dwar il-Ħarsien ta’ Speċi Protetti (L.S. 549.120), l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi hi l-amministratur u l-awtorità kompetenti ta’ dawn ir-regolamenti.]

Il-𝑭𝒐𝒏𝒅𝒂𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒈ħ𝒂𝒍𝒍-𝑲𝒐𝒏𝒔𝒆𝒓𝒗𝒂𝒛𝒛𝒋𝒐𝒏𝒊 𝒕𝒂𝒏-𝑵𝒂ħ𝒍𝒂 𝑴𝒂𝒍𝒕𝒊𝒋𝒂 bis-sapport tagħkom is-segwaċi, ser inkomplu naħdmu bla għeda sabiex tittieħed azzjoni fuq il-konklużjonijiet ewlenija ta’ dan ir-rapport. Inħarsu ‘il quddiem biex naraw in-Naħla tal-għasel Maltija (𝘈𝘱𝘪𝘴 𝘮𝘦𝘭𝘭𝘪𝘧𝘦𝘳𝘢 𝘳𝘶𝘵𝘵𝘯𝘦𝘳𝘪) tingħata l-għola livell ta’ protezzjoni, hekk kif inhu xieraq u jistħoqqilha! Flimkien naslu!

🔗: https://www.researchgate.net/publication/370072858_Review_of_the_Maltese_and_European_Laws_related_to_the_Genetic_Protection_of_the_Endemic_Maltese_Honey_Bee_Apis_mellifera_ruttneri

𝘋𝘪𝘯 𝘪𝘭-𝘱𝘶𝘣𝘭𝘪𝘬𝘢𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘩𝘪𝘫𝘢 𝘭-𝘧𝘳𝘰𝘵𝘵 𝘵𝘢’ 𝘬𝘰𝘭𝘭𝘢𝘣𝘰𝘳𝘢𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘣𝘦𝘫𝘯 𝘪𝘭-𝐹𝑜𝑛𝑑𝑎𝑧𝑧𝑗𝑜𝑛𝑖, 𝑖𝑠-𝘚𝘶𝘳 𝘋𝘢𝘷𝘪𝘥 𝘊𝘩𝘦𝘵𝘤𝘶𝘵𝘪 𝘋𝘪𝘮𝘦𝘤𝘩 (𝘢𝘸𝘵𝘶𝘳 𝘦𝘸𝘭𝘪𝘦𝘯𝘪 𝘶 𝘨𝘳𝘢𝘥𝘸𝘢𝘵 𝘧𝘪𝘭-𝘭𝘪𝘨̇𝘪), 𝘬𝘪𝘧 𝘶𝘬𝘰𝘭𝘭 𝑖𝑙-𝑃𝑟𝑜𝑓𝑒𝑠𝑠𝑢𝑟 𝘚𝘪𝘮𝘰𝘯𝘦 𝘉𝘰𝘳𝘨 (𝘢𝘬𝘬𝘢𝘥𝘦𝘮𝘪𝘬𝘶 𝘴𝘶𝘱𝘦𝘳𝘷𝘪𝘻̇𝘰𝘳𝘫𝘶 𝘶 𝘱𝘳𝘰𝘧𝘦𝘴𝘴𝘶𝘳 𝘧𝘪𝘭-𝘍𝘢𝘬𝘶𝘭𝘵𝘢̀ 𝘵𝘢𝘭-𝘓𝘪𝘨̇𝘪 𝘧𝘭-𝘜𝘯𝘪𝘷𝘦𝘳𝘴𝘪𝘵𝘢̀ 𝘵𝘢’ 𝘔𝘢𝘭𝘵𝘢). 𝘔𝘪𝘯𝘯 𝘲𝘢𝘭𝘣𝘯𝘢, 𝘯𝘪𝘳𝘳𝘪𝘯𝘨𝘳𝘢𝘻𝘻𝘫𝘢𝘸𝘩𝘰𝘮!

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements