.

Advertisements

Fir-Rebbiegħa Mhux sa Jinqata’ Ħaxix Selvaġġ!

F’dawn l-aħħar ġranet, għamilna diversi 𝗮𝗽𝗽𝗲𝗹𝗹𝗶 𝘀𝗮𝗯𝗶𝗲𝘅 𝗺𝗮 𝗷𝗶𝗯𝗾𝗮𝘅 𝗷𝗶𝗻𝗾𝗮𝘁𝗮’ ħ𝗮𝘅𝗶𝘅 𝘀𝗲𝗹𝘃𝗮𝗴̇𝗴̇, speċjalment f’żoni rurali minħabba l-importanza ta’ din il-flora għad-dakkara.

Bi pjaċir ninnotaw li l-Ministru għal Ambjent, Enerġija u Intrapriża Miriam Dalli qed tħabbar li fir-rebbiegħa mhux sa jkun qed jinqata’ iktar ħaxix selvaġġ.

Madankollu, 𝗻𝗶𝘅𝘁𝗶𝗲𝗾𝘂 𝗹𝗶 𝘁𝗶𝗴̇𝗶 𝗰̇𝗰̇𝗮𝗿𝗮𝘁𝗮 𝗱-𝗱𝗲𝗰̇𝗶𝘇̇𝗷𝗼𝗻𝗶 𝗹𝗶 𝘁𝘁𝗶𝗲ħ𝗱𝗲𝘁, u jekk it-twaqqif ta’ qtugħ ta’ ħaxix selvaġġ imħabbar ser ikunx qed jaffetwa 𝗯𝗶𝘀𝘀 żoni li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Ambjent (u liema huma dawn iż-żoni), 𝒋𝒆𝒘 id-direttiva 𝘁𝗮𝗽𝗽𝗹𝗶𝗸𝗮𝘅 𝗳𝘂𝗾 𝗹𝗶𝘃𝗲𝗹𝗹 𝗻𝗮𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗮𝗹𝗶.

Din il-ħtieġa għal kjarifika ġejja mill-fatt li għadna qed nirċievu diversi 𝗶𝗹𝗺𝗲𝗻𝘁𝗶 minn segwaċi u mill-pubbliku in ġenerali 𝗿𝗶𝗴𝘄𝗮𝗿𝗱 𝗾𝘁𝘂𝗴ħ 𝘁𝗮’ ħ𝗮𝘅𝗶𝘅 𝘀𝗲𝗹𝘃𝗮𝗴̇𝗴̇ 𝗳’𝗱𝗶𝘃𝗲𝗿𝘀𝗶 𝗹𝗼𝗸𝗮𝗹𝗶𝘁𝗮𝗷𝗶𝗲𝘁.

Fuq din il-kwistjoni, u sfidi oħrajn li jaffettwaw b’mod dirett u indirett lin-Naħla Maltija, ser inkomplu nservu bħala grupp ta’ pressjoni, sabiex naraw li ssir il-bidla wisq meħtieġa. 𝗕𝗶𝘀-𝘀𝗮𝗽𝗽𝗼𝗿𝘁 𝘁𝗮𝗴ħ𝗸𝗼𝗺 𝗶𝘀-𝘀𝗲𝗴𝘄𝗮𝗰̇𝗶, 𝘀𝗲𝗿 𝗶𝗻𝗸𝗼𝗺𝗽𝗹𝘂 𝗻𝗮ħ𝗱𝗺𝘂 𝗯’𝗲𝗻𝘁𝘂𝘇̇𝗷𝗮𝘇̇𝗺𝘂 𝗯❜𝗿𝗶𝘇̇𝗾 𝗶𝗻-𝗡𝗮ħ𝗹𝗮 𝗠𝗮𝗹𝘁𝗶𝗷𝗮, 𝘂 𝗹-𝗴̇𝗶𝗱 𝗸𝗼𝗺𝘂𝗻𝗶.


21 ta’ April 2023

Email li ntbagħtet mill-KNM lill-ministeru għall-ambjent

Għażiża Onor. Dr. Miriam Dalli,

Bħala organizzazzjoni li naħdmu favur il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija, il-ġimgħa l-oħra bi pjaċir innotajna l-avviż tiegħek li fir-rebbiegħa mhux ser ikun qed jinqata’ iktar ħaxix selvaġġ – din l-aħbar intlaqat tajjeb mill-poplu u aħna xerridniha mas-segwaċi tagħna kif tista’ tara f’din il-ħolqa;

https://nahlamaltija.org/2023/04/16/fir-rebbiegha-mhux-sa-jinqata-iktar-haxix-selvagg/

Il-flora lokali mhux biss tagħti dehra mill-isbaħ lill-pajsaġġ Malti fir-rebbiegħa, imma hi wkoll sors ta’ ikel u kenn għal ħafna fawna lokali. Is-sopravivenza tagħhom tiddependi fuq dan il-ħaxix li għaldaqstant qed jagħti servizz ekoloġiku importantissimu, apparti servizzi abiotiċi oħrajn, bħal li jwaqqaf l-ġarr tal-ħamrija bix-xita (soil erosion). Dan kollu jmur ukoll id f’id mal-istrateġija dwar id-dakkara li l-ERA qeda tfassal bħalissa.

B’dieqa, wara l-avviż li ħriġt inti, xorta bqajna naraw u qed nibqgħu nirċievu mingħand diversi individwi jgħarrfuna b’ħaddiema jneħħu dan il-ħaxix. Għaldaqstant nixtiequ li tiġi ċċarata d-deċiżjoni li ttieħdet, u qed nistaqsu jekk din taffettwax biss żoni li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Ambjent (u liema huma dawn iż-żoni), jew inkella d-direttiva tapplikax fuq livell nazzjonali?
Nistennew bil-ħerqa risposta mingħandek. Grazzi tal-ħidma tiegħek.

Tislijiet,
KNM


28 ta’ April sa 6 ta’ Mejju 2023

Il-ministru Miriam Dalli wieġbet lura fejn talbet lista ta’ fejn ġie osservat li tneħħa l-ħaxix selvaġġ u qalet li ser ikellmu lill-kunsilli rispettivi.


Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

One response to “Fir-Rebbiegħa Mhux sa Jinqata’ Ħaxix Selvaġġ!”

  1. Proset, naqbel li ma jinqatax dan li nsejhulu haxix hazin. Dan hafna drabi iwarrad, isebbah l’ambjent, ikun fejn ikun, anke fuq bankina jew triq, specjalment rurali. Dan ukoll jghin in – nahal, friefet etc..
    Grazzi Ministru.

    Like

Leave a comment

Advertisements