.

Advertisements

Inżommu Lura milli Naqtgħu l-Ħaxix Selvaġġ!

Innutajna diversi kummenti minn segwaċi u mill-pubbliku in ġenerali rigward qtugħ ta’ ħaxix selvaġġ li qed isir fit-toroq u passaġġi rurali f’diversi lokalitajiet. 

Nappellaw lill-Kunsilli Lokali u entitajiet Governattivi responsabbli sabiex iżommu lura milli jaqtgħu l-ħaxix selvaġġ f’dan iż-żmien tas-sena, għaliex huwa parti important mill-flora Maltija. Il-ħaxix selvaġġ jagħti dehra isbah lill-pajsaġġ naturali Malti, imma għandu irwol ekoloġiku important ferm!

➡ Kif nibdew resqin lejn ir-rebbiegħa, ħafna flora Maltija tibda’ tilħaq il-qofol tagħha u twarrad.
➡ Dan il-ħaxix selvaġġ huwa riżorsa ta’ ikel (fil-forma ta’ nektar u trab tad-dakra) important għad-diversi dakkara li nsibu fil-gżejjer Maltin, inkluż in-Naħla tal-Għasel Maltija (𝘈𝘱𝘪𝘴 𝘮𝘦𝘭𝘭𝘪𝘧𝘦𝘳𝘢 𝘳𝘶𝘵𝘵𝘯𝘦𝘳𝘪).

Inħeġġu lill-Kunsilli Lokali sabiex jiffirmaw il-‘𝘔𝘦𝘮𝘰𝘳𝘢𝘯𝘥𝘶𝘮 𝘵𝘢’ 𝘍𝘵𝘦𝘩𝘪𝘮 𝘥𝘸𝘢𝘳 𝘪ż-ż𝘢𝘮𝘮𝘢 𝘵𝘢𝘭-ħ𝘢𝘹𝘪𝘹 𝘴𝘦𝘭𝘷𝘢ġġ 𝘧𝘪𝘭-𝘱𝘢𝘴𝘴𝘢ġġ𝘪 𝘳𝘶𝘳𝘢𝘭𝘪’, inizjattiva mnedija mill-Malta Beekeepers Association. Nemmnu li din l-azzjoni għandha tkun obbligu fuq livell nazzjonali, kif ukoll issir tagħmel parti mill-‘𝘐𝘴𝘵𝘳𝘢𝘵𝘦ġ𝘪𝘫𝘢 𝘕𝘢𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘢𝘭𝘪 𝘶 𝘗𝘫𝘢𝘯 𝘵𝘢’ 𝘈𝘻𝘻𝘫𝘰𝘯𝘪 𝘨ħ𝘢𝘥-𝘋𝘢𝘬𝘬𝘢𝘳𝘢 𝘴𝘢𝘭-2035’ li bħalissa qed jiġi mfassal mill-ERA.

Inħeġġu wkoll lilkom is-segwaċi ixerrdu din il-post fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali tagħkom, jew tiġbdu l-attenzjoni tas-Sindki u Kunsilliera Lokali tagħkom.

Bl-azzjonijiet żgħar tagħna, nistgħu nagħmlu differenza kbira f’pajjiżna! Kun parti mill-bidla li trid tara! Flimkien naslu!

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements