.

Advertisements

Xiri ta’ Nases għall-Bagħal taż-Żunżan

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo flimkien mad-direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Marco Dimech, ħabbru li ser tingħata għajnuna finanzjarja ta’ €10 għal kull kolonja lin-naħħala sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż marbuta max-xiri ta’ nases għall-Bagħal taż-Żunżan (Vespa Orientalis).

Skont kif ġie rrapurtat, ser jintbagħtu applikazzjoni direttament lin-naħħala mid-Direttorat tas-Servizzi Veterinarji.

Sfortuntament, ma saret l-ebda referenza għal kumpens lin-naħħala li sofrew telf konsiderevoli ta’ kolonji, jew inizjattiva sabiex tgħin tirriġenera l-kolonji tan-Naħal tal-Għasel Malti (Apis mellifera ruttneri).

Għal darboħra nħeġġu lill-awtoritajiet sabiex l-informazzjoni neċessarja tiġi disseminata man-naħħala kollha mingħajr ebda dewmien.

Is-sostenibilità tal-apikultura b’mod olistiku tiddependi bis-sħieħ fuq il-konservazzjoni tan-Naħla tal-Għasel Maltija!

Sorsi:
•https://fb.watch/iquhboQlPT/
•https://www.maltatoday.com.mt/news/national/121066/beekeepers_will_get_financial_aid_to_tackle_oriental_hornet_population?fbclid=IwAR3YW0cKJnVD5BfOwvtsRLvNxBPMTkKSoj57oCUG1D5sGOs2DSn31KH–iA#.Y9q_t3bMJPa
•https://timesofmalta.com/articles/view/beekeepers-get-funds-combat-hornets-homeowners.1010976?fbclid=IwAR32EciHwNOGNcmgoT9B4lbSe2DLrWGweo758Utqgdg6FAJFjvV3IFMejos
•https://tvmnews.mt/news/imhabbra-skemi-ghall-qbid-tal-baghal-taz-zunzan/?fbclid=IwAR2Y0SUjFPm3N4cYluoLHGyFwJAG_Z5l03SDLbDrhkVSv1U15MXO9-Atesk

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements