.

Advertisements

272 Naħħal Reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja

Il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, permezz ta’ risposta parlamentari, fisser li preżentament hawn 272 naħħal reġistrat mad-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja: 69 f’Għawdex u 203 f’Malta. Dan ifisser żieda ta’ 62% fin-numru ta’ naħħala reġistrati, meta kkumparat mal-perjodu 2004-2006 (168 naħħal).

Sfortunatament ma teżisti l-ebda informazzjoni dettaljata fuq l-oriġini tal-kolonji tan-naħħala reġistrati. Nesiġu sabiex id-direttorat mal-lista ta’ naħħala, kolonji/frieħ u lokalità, jibda’ jieħu nota wkoll tal-oriġini tan-naħal (abbażi sa fejn jaf in-naħħal). Din l-informazzjoni ‘il quddiem għandha sservi bħala pedament għal azzjoni mmirata lejn il-konservazzjoni olistika tan-Naħla Maltija.

In-Naħla Maltija hija subspeċi endemika tan-Naħla tal-Għasel li tgħammar biss fil-gżejjer Maltin. Is-sostenibilità tas-settur apikulturali f’pajjiżna tiddependi bis-sħieħ fuq iż-żamma ta’ din in-naħla!

Sorsi:
https://newsbook.com.mt/203-nahhal-registrat-fmalta-69-fghawdex/
https://agriculture.ec.europa.eu/farming/animal-products/honey_en
https://nso.gov.mt/en/Pages/NSO-Home.aspx

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements