.

Advertisements

Frar 2023: Jibda l-Pjan Ikkordinat dwar il-Qbid tal-Bagħal taż-Żunżan

L-ikbar sfida għan-naħħala lokali matul is-sena 2022 kienet mingħajr ebda eċċezzjoni ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan. Ir-riperkussjonijiet fuq is-settur apikulturali lokali, n-naħla endemika Maltija u l-produzzjoni tal-għasel għad iridu jsiru iktar ċari fiż-żmien li ġej.

Sadanittant, nawguraw li l-inizjattivi mħabbra mill-Ministru Anton Refalo ser ikunu attivi, jaħdmu u kkordinati b’mod tajjeb ladarba din l-isfida terġa’ tfeġġ.


14 ta’ Jannar 2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, ħabbar fil-parlament li iktar tard dan ix-xahar, ser ikun qed jinħareġ fuljett informattivi dwar il-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis). Din l-inizjattiva ssegwi taħdidiet m’esperti fil-qasam, kif ukoll laqgħat ta’ informazzjoni fuq t-tip ta’ nases li jistgħu jinbnew biex tiġi indirizzata l-problema taż-żieda fil-popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan.

L-użu tan-nases fir-rebbiegħa huwa importanti sabiex jinqabdu kemm jista’ jkun rġejjen ta’ dan l-insett qabel ma jibdew ibejtu. Kull reġina li tinqabad tissarraf fi tnaqqis fil-popolazzjoni ta’ dan l-insett iktar tard fis-sajf.

Nawguraw li l-informazzjoni neċessarja rigward akkwist jew bini ta’ nases tkun ċara u kemm jista’ jkun disseminata fost kulħadd, sabiex dawn l-inizjattivi posittivi jagħtu r-riżultati mixtieqa.

Sorsi:
https://one.com.mt/qed-tittiehed-azzjoni-biex-dan-is-sajf-tinzamm-taht-kontroll-il-prezenza-ta-hornets-fpajjizna
https://newsbook.com.mt/nases-fir-rebbiegha-biex-jinqabad-il-baghal-taz-zunzan-refalo/


Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements