.

Advertisements

Agħti Ċans lill-Varroa!

“Jien neqred lill-Għedewwa tiegħi meta nagħmel Ħbieb magħhom”

Malti:
Il-Varroa destructor hija qurdiena parassita li taffetwa lin-Naħla tal-Għasel, u hi pesti ewlenija fl-apikultura globali.

Artiklu riċenti jikkuntrasta l-użu tal-pestiċidi sabiex neħilsu mill-Varroa b’mod temporanju, jew li nrawwmu Naħla tal-Għasel li hi b’saħħitha kontra l-Varroa permezz ta’ tgħammir bi ħsieb, għal soluzzjoni dejjiema.

Fil-kuntest lokali, kwalunkwe inizjattiva f’dan ir-rigward ma tistax issir realtà sakemm l-ġenetika Maltija ma tiġix protetta minn tniġġis ma’ naħal tal-għasel barrani impurtat.

Il-konklużjonijiet ta’ studju preliminari jqabbel in-Naħla Maltija (A. m. ruttneri) man-naħla kummerċjali Taljana (A. m. ligustica) ippublikat lokalment fl-2020 (Galea), wera li n-Naħla Maltija hi superjuri:
• F’termini ta’ reżistenza kontra l-Varroa
• Fil-produzzjoni tal-għasel

Dan kollu jkompli jikkonsolida l-fatt li jeħtieġ inkunu kurraġġuzi u noħolqu strateġija olistika li tipproteġi n-naħla endemika Maltija, illum qabel għada. Hekk biss niggarantixxu apikultura sostenibbli fil-ġejjieni!

Artiklu Varroa destructor 🔗: https://www.tandfonline.com/doi/full/10.1080/0005772X.2022.2113714?fbclid=IwAR0XIt8dWQftSc21e6U6Aff0e5Zvb4BLO0KvA74ncEnDubc2TTJ0cb1QhD8

~

English:
Varroa destructor is a parasitic mite that affects the Honey Bee, and is a major pest in global beekeeping.

A recent article contrasts the use of pesticides to get rid of Varroa temporarily, or to nurture a Honey Bee that is strong against Varroa through selective breeding, for a permanent solution.

In the local context, any initiative in this regard cannot become a reality unless the genetic Maltese character is protected from pollution with imported foreign honey bees.

The conclusions of a preliminary study comparing the Maltese bee (A. m. ruttneri) with the Italian commercial bee (A. m. ligustica) published locally in 2020 (Galea), showed that the Maltese bee is superior:
• In terms of resistance against Varroa
• In the production of honey

All this further consolidates the fact that we need to be courageous and create a holistic strategy that protects the endemic Maltese bee, as soon as possible. Only then will we guarantee sustainable beekeeping in the future!

Varroa destructor article 🔗: https://www.tandfonline.com/doi/full/10.1080/0005772X.2022.2113714?fbclid=IwAR0XIt8dWQftSc21e6U6Aff0e5Zvb4BLO0KvA74ncEnDubc2TTJ0cb1QhD8

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements