.

Advertisements

Kampjuni tan-Naħla Maltija li għandhom iktar minn 50 Sena!

50 sena u fuqhom!

Daqshekk għandhom żmien dawn il-kampjuni tan-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri). Dawn il-kampjuni kienu ġew miġbura minn Carmelo DeLucca (1916-1971), li fost l-oħrajn, serva wkoll ta’ Kuratur tal-Mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina. Dawn l-eżebiti jagħmlu parti mill-kollezzjoni tal-istess Mużew (NB: preżentament mhumiex għall-wiri pubbliku).

In-Naħla Maltija tagħmel parti mill-wirt naturali tal-gżejjer tagħna, u jeħtieġ li llum qabel għada nieħdu passi konkreti għal konservazzjoni sħieħa tagħha. Setturi tal-apikulturali u agrikoltura sostenibbli, u ambjent lokali reżiljenti, jiddependu mill-użu u l-protezzjoni tan-naħla lokali!

Tixtieq issir taf aktar fuq in-Naħla Maltija? Idħol fuq din il-ħolqa għal aktar informazzjoni: https://nahlamaltija.wordpress.com/2022/08/07/in-nahla-maltija-apis-mellifera-ruttneri/

Nistidnukom tgħaddu wasla sal-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali li jinsab fl-Imdina, sabiex taraw il-kollezzjoni vasta ta’ fawna Maltija eżebita!

Nirringrazzjaw lill-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali li ġentilment provdewlna r-ritratti mehmuża.

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements