.

Advertisements

In-Naħħala Jinsabu Ddiżappuntati li Tħallew Jiġġieldu Weħidhom il-Problema tal-Bagħal taż-Żunżan

Naħal iħalli l-kaxxa biex jipprova jsib refuġju f’post aħjar

In-naħħala jinsabu ddiżappuntati u rrabjati li tħallew jiġġieldu weħidhom il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan li qiegħda twassal għal qirda ta’ ħafna kolonji tan-Naħal.

Il-fenomenu riċenti tal-Bagħal taż-Żunżan qed isarraf f’numru ta’ naħħala jirrapurtaw telf ta’ kolonji sħaħ tan-naħal, kolonji li sa ftit ilu kienu qed jipproduċu l-għasel Malti. Din il-problema tant laħqet livelli allarmanti li saħansitra xi naħħala stqarru magħna li tilfu kważi l-kolonji kollha li kellhom.

Għal xi naħħala, din kienet l-ewwel sena li qed jaffaċjaw din il-problema. Il-popolazzjoni ta’ dan l-insett ilha tiżdied minn sena għal oħra. Għalkemm jidher li s’issa il-Bagħal taż-Żunżan m’huwiex mifrux indaqs fil-gżejjer Maltin, probabilment hija biss kwistjoni ta’ żmien biex dan l-insett jibda’ jinstab fir-reġjuni kollha ta’ Malta.

Qed jiġi osservat min-naħħala li t-telf tal-kolonji qed issir permezz ta’ dawn li ġejjin:

1) L-ewwel il-Bagħal taż-Żunżan iqatta’ ġranet sħaħ għal diversi ġimgħat joqtol in-naħal fejn l-entratura tal-kaxxa.

2) Meta l-popolazzjoni tal-kolonja minħabba dan l-assedju tidgħajjef sinjifikament, n-naħal iħalli l-kaxxa biex jipprova jsib refuġju f’post aħjar.

Evidenza li tagħti xhieda għal dawn il-proċessi huma n-numru sostanzjali ta’ frieħ tan-naħal li riċentement qed jiġu rapportati fl-urban, li għal dan il-perjodu tas-sena m’huma normali xejn. Dan qed iwassal biex in-naħħala jitilfu numru ta’ kolonji li jkunu ilhom irabbu b’għożża għal għexieren ta’ xhur. Konsegwentament jissarraf ukoll f’nuqqas sinjifikanti fil-produzzjoni tal-għasel. Qed intellgħu wkoll numru ta’ vidjos li jagħtu xhieda għal qerda li qiegħda sseħħ.

Għalhekk il-Koalizzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija bagħtet ittra miftuħa lill-awtoritajiet, liema ittra u risposta jinsabu fil-ħolqa mehmuża iktar ‘l isfel. Għalkemm l-awtoritajiet ilhom jiġu avżati b’din il-problema li kull ma jmur qed tiżdied, jidher li s’issa għadu ma sar xejn tanġibbli.

Bħala grupp nidejna wkoll petizzjoni sabiex niġbru l-appoġġ tal-pubbliku fuq il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan. Semma’ leħnek u iffirma. Flimkien nistgħu nagħmlu differenza! Kun parti mill-bidla li trid tara!

Ittra

Petizzjoni

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

One response to “In-Naħħala Jinsabu Ddiżappuntati li Tħallew Jiġġieldu Weħidhom il-Problema tal-Bagħal taż-Żunżan”

  1. George Sammut avatar
    George Sammut

    Jien ijli nrabbi nahal ghall dawn l’ahhar 40sena u qatt daqs illum ma kenna problema bil baghal taz-zunzan daqs dawn l’ahhar sentejn, specjalment fejn hemm il bini bhall B’kara, Mosta u ta Qali. Jien is-sena l’ ohra tlift hafna colonji ta nahal ghax gi attakkat mil baghal taz-zunzan sajf shih.

    Like

Leave a comment

Advertisements