.

Advertisements

Petizzjoni sabiex Niġbru l-Appoġġ tal-Pubbliku fuq il-Problema tal-Bagħal taż-Żunżan

16 ta’ Settembru 2022

Bħala KNM qed inniedu petizzjoni sabiex niġbru l-appoġġ tal-pubbliku fuq il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis) biex issir pressjoni ħalli tittieħed azzjoni mill-awtoritajiet.

Il-Bagħal taż-Żunżan qed iservi ta’ periklu għan-nies inġenerali u ta’ theddida għal apikultura lokali, u għaldaqstant għan-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri). Jeħtieg li tittieħed azzjoni immedjata mill-entitajiet governattivi bil-kooperazzjoni sħieħa tal-NGOs relevanti.

Għaldaqstant il-Koalizzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija nediet din il-petizzjoni sabiex tiġbor is-sapport tal-pubbliku dwar din il-problema reali u kurrenti. Din il-petizzjoni ser tiġi mgħoddija lill-entitajiet governattivi. Għalhekk qed nistednuk tiffirma din il-petizzjoni!

Semma’ leħnek! Kun parti mill-bidla li trid tara! Flimkien naslu!


15 ta’ Ottubru 2022

Aġġornament; 1000 firma u fuqhom!!

Iktar minn 1000 persuna iffirmaw il-petizzjoni li nidejna sabiex niġbru l-appoġġ tal-pubbliku fuq il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan. Permezz ta’ din l-inizjattiva qegħdin nsejħu għall-azzjoni immedjata mill-entitajiet dwar din l-isfida eżistenzjali għat-trobbija tan-naħal!

Ser nippreżentaw din il-petizzjoni lil ERA fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

Bl-appoġġ tagħkom, ser inkomplu naħdmu qatiegħ b’riżq in-naħla Maltija, għal settur apikulturali sostenibbli! Grazzi!

Petizzjoni: https://chng.it/mzSdPhLr


21 ta’ Novembru 2022

🇲🇹 1500+!! Daqshekk iffirmawha nies il-petizzjoni li nidejna sabiex niġbru l-appoġġ tal-pubbliku fuq il-problema 🚨 tal-Bagħal taż-Żunżan ⚠️, liema sfida saret eżistenzjali għat-trobbija tan-naħal fil-gżejjer tagħna!

Permezz ta’ ittra miftuħa, konna minn ta’ quddiem li għarrafna lil entitajiet b’din l-isfida. Komplejna nsaħħu l-għajta 📢 tagħna permezz tal-petizzjoni li nidejna. Dawn l-inizjattivi laħqu l-objettivi tagħhom b’suċċess ✅, hekk kif iktar kmieni dan ix-xahar, il-Ministru Anton Refalo ħabbar pjanijiet sabiex minn Frar 2023, tibda’ tiġi kkontrollata l-problema tal-Bagħal taż-Żunżan. Fil-jiem li għaddew preżentajna wkoll din il-petizzjoni lil ERA.

Il-mertu mhuwiex tagħna biss, iżda ta’ kull wieħed u waħda minnkom li pparteċipaw f’dan l-eżerċizzju, kif ukoll għaqdiet oħrajn. Flimkien 💪 wasalna, u irnexxielna nagħmlu differenza! Fiż-żmien li ġej ser inkomplu insegwu mill-viċin il-pjanijiet imħabbra sabiex tiġi indirizzata din il-problema.

Inħarsu ‘il quddiem sabiex inkomplu naħdmu għal konservazzjoni tal-ambjent Malti, inkluż in-Naħla 🐝🇲🇹 Maltija! Futur sostenibbli 💚🌍 jinsab biss f’dan l-approċċ.

Grazzi tas-sapport tagħkom!

~

🇬🇧 1500+!! That’s how many people signed the petition we launched in order to gather public support regarding the 🚨 Oriental hornet ⚠️ problem, a challenge which has become an existential issue for beekeeping on our islands.

Through an open letter, we were among those at the forefront who informed entities of this challenge. We continued to strengthen our calls 📢 through the petition we launched. These initiatives have successfully ✅ achieved their objectives, as earlier this month, Minister Anton Refalo announced plans so that from February 2023, the problem of the Oriental hornet will start to be controlled. In the past days we also presented this petition to ERA.

The merit is not only ours, but of each and every one of you who participated in this exercise, as well as other associations. Together 💪, we managed to make a difference! In the coming weeks we will continue to closely follow the plans announced to address this problem.

We look forward to continue working for the conservation of the Maltese environment, including the Maltese 🐝🇲🇹 Bee! A sustainable future 💚🌍 lies only in this approach.

Thank you for your support!

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements