.

Advertisements

Mitigazzjoni Indirizzati għan-Naħħala dwar il-Problema tal-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis)

Sfortunatament din il-problema qed tagħmel is-settur tal-apikultura lokali li hu fraġli inqas sostenibbli u qed iservi ta’ theddida reali għan-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri). Saħansitra riċerka uriet li Bagħal taż-Żunżan wieħed jista’ joqtol mal-erbgħin naħla kuljum. Kien għal dawn ir-raġunijiet li ftit tal-ġranet ilu nformajna lill awtoritajiet bil-miktub u qed nistennew risposta u azzjoni mill-aktar fis possibli.



Int, bħala naħħal x’tista’ tagħmel biex iżżid iċ-ċans li ssalva l-kolonji tan-naħal u timmitiga kemm jista’ jkun din il-problema?


Tagħmilx frieħ tan-naħal iktar tard minn Mejju u meta tagħmel il-frieħ assigura li hemm numru sostanzjali ta’ naħal, ħalli kif jibda’ l-assedju tal-Bagħal taż-Żunżan (f’Awwissu u li jdum sa xi nofs Ottubru) ikollhom popolazzjoni kbira biżżejjed. Importanti li tibqa’ titma’ lill-frieħ ħalli dawn iżidu fin-numru ta’ naħal. Nifhmu li din hi problema għax qsar ħafna l-perjodu ta’ meta jistgħu jsiru l-frieħ. Meta nikkunsidraw li minħabba l-bioloġija ta’ kif jitgħammar in-naħal, hu diffiċli li jsiru frieħ ġodda iktar tard fil-ħarifa u fix-xitwa.


Proteġi lill-frieħ billi tara li l-kaxxa ma tkunx kbira u l-entratura tkun żgħira ħafna. B’hekk in-naħal ikollu iktar kontroll fuq l-ispazju intern u tkun iktar diffiċli għall-Bagħal taż-Żunżan li jidħol fil-kaxxa.


Aqta’ inqas għasel (u nagħtu iktar ikel) biex in-naħal ikollu biex jgħix waqt l-assedju li fih jew joqgħod ġewwa jew joqgħod jinħela jiġġieled mal-Bagħal taż-Żunżan. Dan qed jagħmel is-settur inqas sostenibbli għax mhux talli n-naħal qed jitlef milli jiġbor in-nektar tal-Ewkaliptus li jwarrad f’dan il-perjodu u għalhekk qed iffiser staġun inqas ta’ għasel. Imma in-naħħal qed ikollu jagħmel spejjeż addizzjonali biex jitma’ lin-naħal u/ jew ma jiġborx għasel. Apparti li t-telf ta’ ħafna naħal ifisser tnaqqis fil-popolazzjoni tal-kolonji, liema kolonji ma jkunux jistgħu jkunu produttivi biżżejjed fl-istaġun tal-għasel li jkun imiss.


Ara li trabbi n-naħla endemika Maltija (Apis mellifera ruttneri) għax din hi l-aktar waħda addattatha għal din is-sitwazzjoni kif tista’ taraw fil-vidjo f’din il-ħolqa: https://youtu.be/WMDEsW1AeFc. Importanti wkoll li ma jiġix importat naħal minn barra, sabiex mhux biss nevitaw l-introduzzjoni ta’ mard u pesti ġodda imma wkoll ma ntellfux l-adattament li għandha n-Naħla Maltija minħabba taħlit ma’ subspeċi barranin, li wkoll jagħmel lis-settur inqas sostenibbli.


B’responsabiltà, jistgħu jsiru nases sabiex jinqabad dan l-insett. Però huwa wkoll importanti li nassiguraw li dawn l-istess nases ma jkunux ta’ periklu għal xi speċi oħra.


Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements