.

Advertisements

Azzjoni Immedjata dwar iż-Żieda fil-Popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan

30 ta’ Awwissu 2022

Ittra mibgħuta fit-30 ta’ Awwissu 2022 lil: Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA); Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża; Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

Dawn l-aħħar snin iż-żieda qawwija fil-popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan (Vespa orientalis) saret allarmanti. Sal-lum għadu sar biss studju preliminari dwar dan l-insett indiġenu. Għalkemm fil-passat jidher li dan kien speċi rari fil-Gżejjer Maltin, riċentament iż-żieda fil-firxa u numri hi sostanzjali u sinjifikanti. Dan qed iwassal sabiex din il-problema qed tkun ta’ theddida għall-apikultura lokali kif ukoll għan-nies inġenerali. Xi raġunijiet possibbli għal imsemmija żieda drammatika fil-popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan huma:


1) Kawżi antropoġeniċi inkluż l-urbanizzazzjoni jistgħu jkunu waħda mir-raġunijiet ewlenin għal din iż-żieda. Iż-żieda fil-popolazzjoni tan-nies u sussegwenti urbanizzazzjoni tfisser li din l-ispeċi għandha sors ta’ ikel iktar disponibbli li faċilment tista’ tisfrutta. Din iż-żieda setgħet involontarjament wasslet għal splużjoni fil-popolazzjoni ta’ dan l-insett. Strutturi abbandunati, jistgħu wkoll jipprovdu abitati ideali fejn il-Bagħal taż-Żunżan ibejjet.


2) It-tibdil fil-klima qed jikkawża ħafna bidliet fl-ekosistemi. Dawn il-bidliet direttament jew indirettament jissarfu f’konsegwenzi għal katina ekoloġika li jiddependu fuq l-ekosistemi affetwati, inkluż imma mhux limitat għal bdil fit-tip u l-kwantità ta’ flora u fawna. Eżempju ċar ta’ dan huwa ż-żieda qawwija fin-numru ta’ bram li esperjenzajna dan l-aħħar tul xtutna.


Kif tistgħu taraw mill-vidjos mehmużin fil-forma ta’ ħoloq f’din l-ittra elettronika (iktar ‘l isfel), frieħ u kolonji tan-naħla tal-għasel qed jiġu kontinwament assedjati minn dan il-Bagħal taż-Żunżan. Il-perjodu ta’ preżenza ta’ dan l-insett pesti hu wieħed sostanzjali (bejn 2-3 xhur kull sena) u konsegwentement;


1) In-naħħala ma jistgħux jagħmlu frieħ ġodda għax dawn jiġu maqtula mill-preżenza ħostili tal-Bagħal taż-Żunżan. Minħabba f’hekk il-perjodu ta’ dan il-proċess sar limitat ħafna, u dan il-fattur inaqqas b’mod dirett is-sostenibbiltà tas-settur għax ma jkunx hemm biżżejjed tiġdid fil-kolonji tan-naħal minn sena għal oħra.

2) It-telf ta’ ħafna naħal ifisser tnaqqis fil-popolazzjoni tal-kolonji, liema kolonji ma jkunux jistgħu jkunu produttivi biżżejjed fl-istaġun tal-għasel li jkun imiss. Dan ifisser telf fil-produzzjoni tal-għasel u għalhekk inaqqas mis-sostenibbiltà tas-settur.


3) Għalkemm in-naħla lokali (Apis mellifera ruttneri) għandha tipi t’adattament sabiex tipproteġi lilha nnifisha kontra din il-pesti, il-problema tant saret kbira li qas dawn m’huma biż-żejjed. Konsegwentament din taf tissakkar fil-kaxxa flok toħroġ tiġbor in-nektar u trab tad-dakra. Anke mil-lat ta’ konservazzjoni tan-Naħal Maltija li hi endemika għal gżejjer Maltin, dan l-insett sar theddida.


Vidjos juru l-Bagħal taż-Żunżan jdur u jfittex għal ikla naħal li jmiss:


L-imsemmija konsegwenzi huma fost l-ilmenti miġbura ta’ ħafna naħħala u nies inġenerali. Għalhekk hu fl-interess ta’ kulħadd li tittieħed azzjoni mill-aktar fis possibli fuq din il-problema reali, għaliex jekk le, il-konsegwenzi dejjem ser jintensifikaw f’ċiklu vizzjuż. Nifhmu li dan hu insett indiġenu u għalhekk ma jistax jiġi eradikat kompletament. Però hemm bżonn li l-popolazzjoni tiegħu (li żdiedet b’mod artifiċjali minħabba effetti antropoġeniċi) tiġi kkontrollata għal livelli li jkunu sostenibbli. Għaldaqstant, qed nitolbu li jiġi mfassal pjan ta’ azzjoni serju, f’koordinazzjoni bejn entitajiet governattivi u NGOs relevanti (direttamanet jew indirettament) u tiġi indirizzata din il-problema f’kooperazzjoni sħieħa. Din hi ittra miftuħa u l-kommunikat kollu jew in-nuqqas tiegħu ser jiġi pubblikat b’mod pubbliku.
Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

Tislijiet,

Konservazzjoni tan-Naħla Maltija


7 ta’ Settembru 2022

We would like to thank Times of Malta for following up our call to the authorities in which we emphasized the need for a plan of action in order to mitigate and control the substantial increase in the Oriental hornet’s (Vespa orientalis) population. Access this link to read Times of Malta’s article featuring their communication with ERA on the matter.

We sent the open letter on Tuesday, 30th September, 2022. At the time of publication of this post, we are yet to receive an official reply. The only indirect response can be worked out through Times of Malta’s article:

“The [ERA] spokesperson did not reply to Times of Malta’s questions on whether it was working on such a plan, especially in light of the recent surge in the insect’s population. Instead, the spokesperson said the authority “is willing to assist relevant entities involved in pest control, apiculture and health issues”.”

We remain hopeful that an official communication from either ERA and/or Ministries to which the open letter was addressed, is sent in due time.


15 ta’ Settembru 2022

Aġġornament rigward l-ittra miftuħa indirizzata lil entitajiet governattivi fejn fiha sejjaħna għal pjan ta’ azzjoni fuq il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan, b’emfasi fuq l-impatt negattiv li qed iħalli fuq l-apikultura lokali u għaldaqstant, in-Naħla Maltija .

Din hija r-risposta li rċivejna mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) li tikkonċerna il-Bagħal taż-Żunżan:

“Il-Bagħal taż-Żunżan, (Vespa orientalis, oriental hornet), dan l-insett huwa meqjus bħala parti mill-bijodiversità indiġena tal-Gżejjer Maltin u għandu funzjoni importanti fl-ekosistema, minħabba li huwa predatur naturali ta’ bosta organiżmi, inklużi pesti li jistaw jikkawżaw ħsara, fosthom il-ġurati u bosta insetti u annimali oħra. Filwaqt li l-ERA tirrikonoxxi l-importanza ta’ dan l-insett, l-Awtorità taqbel li f’ċertu ċirkustanzi l-Bagħal taż-Żunżan għandu jiġi kkontrollat, partikolarment f’żoni urbani u ħdejn mġiebaħ kummerċjali. L-ERA hija lesta li tassisti lill-awtoritajiet responsabbli dwar kwistjonijiet ta’ saħħa u sigurtà, apikultura u l-kontroll tal-pesti f’dan ir-rigward.”


19 ta’ Ottubru 2022

We thank MaltaToday for acknowledging our countless efforts to make authorities aware of the havoc wreaked on local apiculture by the increased presence of the Oriental hornet.

We are satisfied that the Ministry of Agriculture (Agrikoltura) through Minister Anton Refalo stated authorities are now fully aware of the problem and are exploring ways to address this issue.

We look forward to see plans turned into actions, and solve this problem once and for all, as soon as possible!

We make ourselves available to jointly work together in order to find the best solutions for this problem in a cooperative manner, involving all stakeholders in the process!

Article


8 ta’ Novembru 2022

Il-karba tan-naħħala u l-inizjattivi li bħala organizzazzjoni nedejna dwar il-problema tal-Bagħal taż-Żunżan ma waqgħux fuq widnejn torox! Sodisfatti li l-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, Onor. Anton Refalo ħabbar pjanijiet sabiex minn Frar li ġej, tiġi kkontrollata l-problema tal-Bagħal taż-Żunżan.

Artiklu


Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

One response to “Azzjoni Immedjata dwar iż-Żieda fil-Popolazzjoni tal-Bagħal taż-Żunżan”

  1. Michael Muscat avatar
    Michael Muscat

    All my hives, 26 in all, have been wiped put in one of my apiaries

    Like

Leave a comment

Advertisements