.

Advertisements

Iż-Żunżan Ażjatiku fir-Renju Unit!

Ftit tal-ġimghat ilu rraportajna li l-Varroa ġiet aċċidentalment introdotta fl-Awstralja. Issa qed jiġi rrapportat li fir-Renju Unit raw l-ispeċi taż-Żunżan Ażjatiku (Asian hornet, Vespa velutina). Ta’ min ngħidu li fil-passat f’dan il-pajjiż diġà raw din l-ispeċi però minħabba sistemi stretti li għandhom irnexxilhom jeqirduh qabel ma beda jinfirex u jsir inkontrollabbli. Infakkru li dan l-insett hu aljen għall-Gżejjer Maltin u hu perikoluż ħafna iktar mill-Bagħal taż-Żunżan (Oriental hornet, Vespa orientalis) li qed naraw bħalissa. Viċin xtutna apparti dan iż-żunżan jeżistu pesti aljeni oħra li jekk jidħlu f’Malta bi żball mal-importazzjoni (bħalma sfortunatament dejjem ikun il-każ), ser iħallu effetti devastanti. Il-possibbiltà li ħafna naħħala jitilfu ħafna kolonji hi realissima, hekk kif ġara fil-passat meta daħlet il-Varroa u mard ieħor. Tajjeb li dis-sitwazzjoni li hi evitabli, tiġi evitata. Jeħtieġ li nitgħallmu mill-iżbalji passati tagħna qabel ma jkun tard wisq!

Sors

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements