.

Advertisements

In-Naħla Maltija (Apis mellifera ruttneri)

Dan il-filmat qed juri waħda mis-sottospeċi tan-naħal tal-għasel, in-naħal Maltija, magħrufa xjentifikament bħala Apis mellifera ruttneri. Kienet iddikjarata bħala sottospeċi distintiva fl-1997 u hija endemika għall-Gżejjer Maltin, arċipelagu ta’ gżejjer fiċ-ċentru tal-Baħar Mediterran.

Għalkemm il-proċess evoluzjonarju mhuwiex eżattament ċar, l-evidenza preżenti turi li hekk kif intemm l-aħħar perjodu glaċjali, l-Gżejjer Maltin reġgħu spiċċaw iżolati mill-kontinent Afrikan u l-kosta ta’ Sqallija sforz li għola l-livell tal-baħar. Minħabba din is-separazzjoni, in-naħal tal-għasel sabet ruħha limitata għal Gżejjer Maltin. Dan fisser nuqqas ta’ taħlit ġenetiku ma’ naħal ieħor f’ reġjuni ġirien. Eventwalment, fuq medda ta’ eluf ta’ snin, dan wassal għall-evoluzzjoni ta’ din is-sottospeċi distinta.

In-naħal Maltija hija simili għan-naħal ta’ Sqallija u l-Afrika ta’ Fuq, u dawn l-imsemmija naħal kollha jappartjenu għan-nisel A u huma morfoloġikament simili. Id-dehra tan-naħla Maltija hija ta’ daqs żgħir u ta’ kulur skur. Meta mqabbla man-naħal ta’ l-Afrika ta’ Fuq u ta’ Sqallija għandha saqajn u ġwienaħ iqsar. Il-ġwienaħ huma wkoll ħafna idjaq u mill-ekotipi kollha tan-naħal għandha l-aktar żaqq wiesa’. Għandha xagħar twil fuq żaqqa. Din in-naħal, kif mistenni, hija adattata ħafna għall-klima u l-ambjent Malti.

It-taħlit bejn sottospeċi ta’ naħal iwassal għal telf fil-purita li jikkawża telf ta; karatteristiċi, kwalitajiet u adattament f’dik is-sottospeċi. Għal eluf ta’ snin, in-naħal Malti kienet l-unika sottospeċi fuq Malta. Iżda mal-medda taż-żmien, naħal barrani beda jiddaħħal fil-gżejjer Maltin. Ġara li fl-1992 aċċidentalment ddaħħlet ukoll il-Varroa. Din il-parassita ġdida, totalment mhux magħrufa għan-naħal lokali, ħalliet effett devastanti u qatlet ħafna kolonji. Sforz inizjattivi passati, ġew importati rġejjen barranin oħrajn biex ipattu għat-telf fil-kolonji ta’ naħal. L-importazzjoni kontinwa tan-naħal barrani kompliet sal-lum il-ġurnata, dan l-aħħar għal skopijiet purament kummerċjali. L-importazzjoni ta’ naħal mhux lokali hu meqjus bħala l-akbar theddida għall-eżistenza tan-naħal nativi. L-istess jgħodd għan-naħal tal-għasel ta’ Malta li hija rari għax tinsab fil-Gżejjer Maltin u tinsab f’xifer l-estinzjoni.

In-naħal Maltija ħadet għexieren t’eluf ta’ snin biex evolviet f’sottospeċi distinta, iżda l-bnedmin ħa biss ftit snin biex imbuttha f’xifer l-estinzjoni u mingħajr ebda sforz ta’ konservazzjoni, sa tintilef għal dejjem. Jindikaw bil-kbir kemm il-prattiki tagħna huma insostenibbli – minflok niftaħru li għandna n-naħal tagħna stess li hija perfettament adattata għall-kundizzjonijiet lokali. L-ebda razza oħra ma tista’ tkun possibbilment aħjar minn dik lokali!


Referenzi

Sheppard, W. S., Arias, M. C., Grech, A., & Meixner, M. D. (1997). Apis mellifera ruttneri, a new honey bee subspecies from Malta. Apidologie, 28(5), 287-293.

More information also retrieved from: https://www2.hu-berlin.de/beebreed/ZWS/

Information on Maltese Beekeeping history retrieved from: https://vassallohistory.wordpress.com/bee-keeping/

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements