.

Advertisements

Resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq Politika dwar il-Konservazzjoni tan-Naħal Lokali

Il-konservazzjoni tan-naħla lokali mhuwiex biss essenzjali għas-setturi apikulturali u agrikoli, imma hu importanti ferm għal biodiversita fil-flora 🌱 u fauna 🦋 li naraw madwarna! Din m’hijiex l-għajta tagħna biss, iżda anke tal-Unjoni Ewropea! Dawn huma siltiet minn resoluzzjoni tal-Parlament Ewropew fuq politika relatata mal-Konservazzjoni tan-naħal lokali;

“Studji kkonkludew li r-razez tan-naħal lokali u reġjonali jkampaw aħjar f’żona partikolari mir-razez ta’ naħal tal-għasel li jkunu nġabu jgħixu hemm minn xi mkien ieħor; billi s-saħħa u s-sostenibilità fit-tul tas-settur tal-apikultura fl-Ewropa huma bbażati fuq li jiġu żgurati s-saħħa u s-sostenibilità fit-tul tal ekotipi tan-naħal tal-għasel lokali, minħabba d-diversità tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jadattaw ruħhom għal ambjenti lokali.”

“Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu l-inċentivi neċessarji ħalli jinkoraġixxu prattiki żviluppati lokalment, sabiex jiġu ppreservati l-ekotipi tan-naħal tal-għasel u kultivazzjoni tagħhom fl-UE kollha.” “Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri biex jiżdiedu l-protezzjoni legali u l-appoġġ finanzjarju għall-ekotipi u l-popolazzjonijiet tan-naħal tal-għasel lokali fl-UE kollha, inkluż permezz ta’ żoni ta’ konservazzjoni, legalment protetti, tan-naħal tal-għasel lokali endemiċi.”

“Jistieden lill-Istati Membri u lir-reġjuni jużaw il-mezzi kollha possibbli sabiex jipproteġu l-ispeċijiet lokali u reġjonali tan-naħal tal-għasel (razez ta’ naħal tal-Apis mellifera) mit-tifrix mhux mixtieq ta’ speċijiet aljeni naturalizzati jew invażivi li jkollhom impatt dirett jew indirett fuq id-dakkara…jirrakkomanda lill-Istati Membri joħolqu ċentri ddedikati għat-tnissil u ssalvagwardja tal-ispeċijiet nattivi tan-naħal; jissottolinja, f’dan ir-rigward, kemm hu importanti li jiġu żviluppati strateġiji ta’ tnissil biex jiżdiedu l-frekwenzi ta’ karatteristiċi siewja fil-popolazzjonijiet lokali tan-naħal tal-għasel.”

In-Naħla Maltija għandha bżonnok. Ejja nittrasformaw l-apikultura f’settur sostenibbli għal futur. Għarraf lilek innifsek, qajjem kuxjenza u kun parti mill-bidla fil-ħsieb!

https://youtube.com/shorts/XqYr91ZGww8

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements