.

Advertisements

Kjarifika: In-Naħħala f’Malta Ingħataw Għajnuna ta’ €70,000

Bħala fondazzjoni li naħdmu favur il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija, għadna kif bgħattna rikjesta għal kjarifika lill-Ministru Anton Refalo, wara l-istqarrija tiegħu u d-diversi kummenti li rajna dwar għajnuna finanzjarja lin-naħħala biex jinxtraw nases kontra l-Bagħal taż-żunżan li għadhom ma waslux. Naġġornawkom ladarba nirċievu risposta.

Referenza artiklu:
https://newsbook.com.mt/ghajnuna-ta-e70000-biex-jinqabdu-l-irgejjen-tal-baghal-taz-zunzan/

Kontenut tal-ittra elettronika:

Għażiż Onor. Dr. Anton Refalo,

Bħala fondazzjoni li naħdmu favur il-konservazzjoni tan-Naħla Maltija, ilbieraħ f’artiklu fuq Newsbook qrajna li stqarrejt fil-parlament li:

“[…] n-naħħala f’Malta ingħataw għajnuna ta’ €70,000 biex jakkwistaw nases ħalli jinqabdu l-irġejjen tal-bagħal taż-żunżan.”

L-artiklu sħiħ jista’ jinqara minn din il-ħolqa;
https://newsbook.com.mt/ghajnuna-ta-e70000-biex-jinqabdu-l-irgejjen-tal-baghal-taz-zunzan

Aħna ninsabu informati li n-naħħala kienu rċevew applikazzjoni għall-fondi xhur ilu. Però għal kuntarju tal-istqarrija, ħadd min-naħħala m’għadu rċieva l-fondi msemmija.

Napprezzaw jekk din l-istqarrija tiġi ċċarata u tinformana meta n-naħħala ser jirċievu l-fondi imsemmija.

Nistennew bil-ħerqa risposta mingħandek. Grazzi tal-ħidma tiegħek.

Tislijiet,
KNM

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements