.

Advertisements

Fl-20 ta’ Mejju Niċċelebraw il-Jum Dinji tan-Naħal

 𝗡𝗵𝗮𝗿 𝗶𝘀-𝗦𝗶𝗯𝘁 𝗹𝗶 𝗴̇𝗲𝗷 𝗹-𝟮𝟬 𝘁𝗮’ 𝗠𝗲𝗷𝗷𝘂 𝗻𝗶𝗰̇𝗰̇𝗲𝗹𝗲𝗯𝗿𝗮𝘄 𝗶𝗹-𝗝𝘂𝗺 𝗗𝗶𝗻𝗷𝗶 𝘁𝗮𝗻-𝗡𝗮ħ𝗮𝗹 

Għal dis-sena, it-tema magħżula mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (Ġnus Magħquda) hi ‘𝗡𝗮ħ𝗮𝗹 𝗮𝘁𝘁𝗶𝘃: 𝗣𝗿𝗼𝗱𝘂𝘇𝘇𝗷𝗼𝗻𝗶 𝗮𝗴𝗿𝗶𝗸𝗼𝗹𝗮 𝗳𝗮𝘃𝘂𝗿 𝗶𝗱-𝗱𝗮𝗸𝗸𝗮𝗿𝗮’.

𝗞𝗼𝗻𝘁 𝘁𝗮𝗳 𝗹𝗶:
⦿ Madwar 10% tal-valur ekonomiku totali tal-produzzjoni agrikola għall-ikel tal-bniedem huwa dipendenti fuq id-dakra tal-insetti.
⦿ Kważi 75% tal-uċuħ tar-raba tad-dinja li jipproduċu frott jew żrieragħ għall-użu mill-bniedem jiddependu, għall-inqas parzjalment, fuq id-dakkra.
⦿ It-tnaqqis allarmanti tan-naħal u l-pollinaturi f’ħafna reġjuni jista’ jiġi attribwit għal għadd ta’ fatturi, ewlieni fosthom l-użu mhux tajjeb tal-pestiċidi u t-telf tal-abitati.

L-eżistenza tagħna hi dependenti fuq id-dakkara. Huma għandhom rwol vitali fl-agrikoltura u ekosistemi. Madankollu, naħal, dakkara, u ħafna insetti oħra qed jonqsu fl-abbundanza u diversità. Ħafna minn dawn l-elementi huma kkaġunati mill-bniedem.

Kulħadd għandu sehem x’jagħti f’din il-ġlieda favur ambjent reżiljenti; gvern, privat, riċerkaturi, bdiewa, naħħala u konsumaturi. Ingħaqdu magħna sabiex inqajmu kuxjenza dwar l-importanza li jiġu adottati prattiċi ta’ produzzjoni agrikola li ma jagħmlux ħsara lid-dakkara, filwaqt li nikkontribwixxu għar-reżiljenza u is-sostenibbiltà.

In-Naħla tal-għasel Maltija hi katina imprezzabli fl-ekosistemi lokali. Tinsab biss fil-gżejjer Maltin! Jeħtieġ li nimxu lejn prattiċi ta’ konservazzjoni għal futur sostenibbli.

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements