.

Advertisements

Ġiet Kostitwita il-‘Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija’ bl-Iffirmar tal-Istatut

Bi pjaċir inħabbru li llum, 15 ta’ Marzu, 2023, din l-organizzazzjoni ġiet kostitwita bħala ‘Fondazzjoni’ bl-iffirmar tal-istatut. Dan it-tragward qed jiġi rifless ukoll fil-bidla fl-isem għal ‘Fondazzjoni għall-Konservazzjoni tan-Naħla Maltija’.

Minnufih bdejna l-proċess sabiex nirreġistraw ruħna mal-Uffiċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjaw lin-nutar Dr. Dejan Debono li b’tant dedikazzjoni għena tul il-proċess kollu!

Il-fondazzjoni ser tkompli taħdem fuq dawn l-objettivi:

➼ Tgħarraf bl-importanza tan-Naħla Maltija għall-ambjent naturali ta’ pajjiżna (ekoloġija) u għas-settur tal-apikultura u f’iktar sens wiesgħa dak agrikolu.

➼ Tgħarraf li n-Naħla Maltija tagħmel parti mill-patrimonju naturali Malti u għalhekk jistħoqqilha li tiġi kkonservata b’mod olistiku.

➼ Tinkoraġġixxi l-għarfien, it-trobbija u r-riċerka fuq in-naħla endemika Maltija.

➼ Tiġbor taħt umbrella waħda u tikkordina entitajiet varji, individwi u organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom interess fil-konservazzjoni tan-Naħla Maltija.

➼ Tagħmel pressjoni biex jiġi mfassal pjan sabiex in-Naħla Maltija tkun protetta b’mod olistiku.

Għandna diversi proġetti pjanati għaż-żmien li ġej. B’entużjażmu inħarsu ‘il quddiem sabiex flimkien magħkom is-segwaċi, nimplimentawhom b’suċċess, b’riżq in-Naħla Maltija, u l-ġid komuni.

Advertisements
Advertisements
Advertisements



Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements
Advertisements

Leave a comment

Advertisements